Anzjan l-isptar wara ħabta fil-Mosta

Anzjan ittieħed l-isptar wara li kien involut f'ħabta fil-Mosta.
L-inċident seħħ fi Triq Durumblat fis-6.40pm fejn kien hemm impatt bejn karozza misjuqa minn raġel ta' 66 sena minn Santa Venera ma' żewġ karozzi oħra. 
Jidher li għal xi raġuni l-anzjan tilef il-kontroll tal-karozza tiegħu u baqa' dieħel f'żewġ karozzi li kienu qed jinstaqu fid-direzzjoni opposta.
Xhieda fuq il-post qalu ma' Newsbook.com.mt li l-karozzi kellhom ħsarat estensivi riżultat tal-impatt.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-anzjan l-isptar.
Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa għalkemm minn rapporti inizjali ma jidhirx li sofra ġrieħi serji.
Ritratt: Arkivji