Aġġornata: Anzjan fil-periklu tal-mewt wara ħabta bejn rota u karozza

Anzjan ta' 75 sena minn Ħal Luqa jinsab fil-periklu tal-mewt wara ħabta bejn rota u karozza fil-Gudja.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5.30pm fi Triq l-Avjazzjoni, meta seħħet ħabta bejn ir-rota misjuqa mir-raġel u karozza misjuqa minn raġel ta' 50 sena minn Santa Luċija.
Is-sewwieq tal-karozza ma sofra ebda ġrieħi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Ritratt: MRTU