Anzjan jittieħed l-isptar wara ħabta fiż-Żurrieq

Raġel ta' 72 sena ttieħed l-Isptar Mater Dei wara ħabta bejn il-mutur li kien qed isuq u karozza fiż-Żurrieq.
L-inċident seħħ għal ħabta tal-11.30 ta' dalgħodu fi Vjal il-Blue Grotto. 
Ir-raġel sofra ġrieħi ħfief.
Ritratt: Laboratorju tal-Forensika