Anzjan jittajjar minn karozza tal-linja fl-Imsida

Raġel ta’ 63 sena mill-Gżira ttieħed l-isptar Mater Dei wara li ttajjar minn karozza tal-linja fl-Imsida.
L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ nofsinhar neqsin għaxra fi Triq Ta’ Xbiex, fuq il-bus lane li saret riċentament fl-Imsida.
Ix-xufier tal-linja huwa raġel ta’ 34 sena minn Bormla.
Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa iżda mhux fil-periklu tal-mewt.
Fi stqarrija, il-Malta Public Transport qalet li qed tinvestiga dan l-inċident. Żiedet tgħid li uffiċjali tagħha marru immedjatament fuq il-post biex jaraw x’ġara.