Anzjan jittajjar minn karozza f’Ħal Qormi

Read in English.

Anzjan ta’ 74 sena minn Ħal Qormi sofra ġrieħi gravi iżda mhux fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar minn karozza f’Ħal Qormi stess ilbieraħ filgħaxija.

L-inċident ġara għall-ħabta tat-8.30pm fi Triq il-Vitorja Rjali meta r-raġel intlaqat minn karozza misjuqa minn raġel ta’ 26 sena residenti Ħal Qormi stess.

F’Mater Dei ġie ċċeritifikat li ħajtu ma tinsabx fil-periklu.