Raġel ta’ 72 minn San Pawl il-Baħar jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar minn karozza f’San Pawl il-Baħar stess.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7.30pm fi Triq il-Wileġ. Il-karozza kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 30 sena minn Santa Venera.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei.
Dwar il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali.