Aġġornata: Anzjan jittajjar minn karozza fil-Gżira

Raġel ta' 64 sena ġarrab ġrieħi ħfief wara li ttajjar minn karozza fil-Gżira.
L-inċident seħħ għal ħabta tal-4.50pm fi Triq il-Ġnien, kantuniera ma' Triq Abate Rigord.
Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta' ambulanza.

Ritratt: Media Police