Aġġornata: Anzjan gravi wara li ttajjar f’Ta’ Xbiex

Raġel ta’ 84 sena mill-Ħamrun weġġa’ gravi wara li ttajjar minn vann f’Ta’ Xbiex.

Kien għall-ħabta tal-4pm fi Triq Abate Rigord, meta r-raġel intlaqat mill-vann misjuq minn mara ta’ 27 sena minn Wied il-Għajn.

Ir-raġel ittieħed l-isptar b’ambulanza.