Anzjan jittajjar fil-Ħamrun

Anzjan ta’ 68 sena mill-Ħamrun ittajjar dalgħodu fi Triq il-Kappillan Mifsud f’Santa Venera.
L-anzjan kien qed jaqsam it-triq meta ttajjar minn vettura misjuqa minn żagħżugħ ta’ 22 sena minn Santa Venera.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9:15am.
L-anzjan ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura iżda ma jinsabx fil-periklu tal-mewt.
S’issa għadu mhux magħruf x’tip ta’ ġrieħi ġarrab.