Anzjan jittajjar f’Ħal Lija

Anzjan qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ttajjar f’Ħal Lija.
L-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tal-10:30 fi Triq il-Mosta.
Mill-ewwel informazzjoni jidher li l-anzjan, li għandu 67 sena minn Ħal Lija stess, ittajajr minn vettura karozza misjuqa minn raġel ta’ 51 sena mill-Mosta.
Ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tal-għaxra (2200hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident tat-traffiku fi Triq il-Mosta, Ħal Lija.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadetitu l-Isptar Mater Dei
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.