Anzjan jisraq mal-€1,000 mill-pitch tal-waterpolo f’Tas-Sliema

Fil-Qorti anzjan minn Bormla ammetta li seraq kważi €1,000 mill-kamra ta' fejn ibiddlu l-għawwiema fil-pitch tal-waterpolo f’Tas-Sliema.
Il-każ imur lura għal April li għadda, meta r-raġel seraq flus kontanti li kienu ta’ Ġermaniż li jgħix Malta.
L-anzjan, li għandu 68 sena nagħta sentenza ta’ sentejn priġunerija sospiżi għal erba’ snin. Ġie ordnat ukoll li jrodd il-flus lura.
Din ma kinitx l-ewwel darba li r-raġel tressaq il-qorti fuq serq.