Anzjan jisraq lill-ieħor €852 tal-pensjoni

Anzjan ingħata sitt xhur ħabs iżda iktar tard ingħata l-libertà proviżorja wara appell mill-avukat tiegħu.

L-akkużat ta’ 62 sena ammetta u qal li ddispjaċih li seraq il-pensjoni ta’ raġel ieħor ta’ 85 sena. L-anzjan l-ieħor kien għadu kemm mar il-bank biex issarraf iċ-ċekk tiegħu.

Il-Qorti semgħet kif l-akkużat li huwa residenti San Pawl il-Baħar, baqa’ jsegwi lill-pensjonant huwa u miexi lejn id-daru nhar l-4 ta’ Ġunju li għadda.

Huwa seraqlu s-somma ta’ €852. Iktar tard il-pensjonant irrapporta lill-pulizija li ħass lil xi ħadd idaħħal idejh fil-but tiegħu, u wara skopra li ma kellux iktar fuqu l-flus tal-pensjoni.

L-anzjan inqabad bl-għajnuna tas-CCTV camera u ta’ żewġ uffiċjali tal-pulizija pajżana.

Il-pulizija agumentat li l-Qorti għandha tagħti piż lill-fatt li persuna vulerabbli tas-soċjetà ġiet abbużata, u l-Maġistrat tat lill-akkużat sitt xhur ħabs.

Madankollu d-difiża oġġezzjonat u appellat mis-sentenza.

Il-Maġistrat aċċettat dan b’kundizzjoni li l-akkużat jagħmel depożitu ta’ €500, garanzija personali ta’ €2,000 u diversi kundizzjonijiet oħra.