Anzjan jinżamm arrestat b’kompliċità ta’ serqa

Raġel ta’ 63 sena nżamm arrestat wara li kien akkużat b’kompliċità ta’ serqa u li kellu x’jaqsam ma persuni li jużaw id-droga.

Ir-raġel ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih, u qal li huwa ma pprovdiex l-għodda meħtieġa biex issir is-serqa.

L-ispettur qal li hemm ċans li l-akkużat jispiċċa f’aktar inkwiet hekk kif il-persuni li jagħmilha magħhom għandhom karattru xi ftit dubjuż. Huwa kompla billi qal li l-akkużat huwa magħruf li kien qed jgħix f’garaxx ġewwa Ħal Qormi u li l-istess garaxx hu frekwentat minn persuni li jużaw id-droga.

Il-prosekuzzjoni qalet li sid il-garaxx kien arrestat nhar l-Erbgħa li għadda u l-garaxx ġie magħluq.