Aġġornata: Bi ġrieħi gravi l-anzjan li ttajjar f’Raħal Ġdid

Anzjan ta’ 80 sena ddaħħal Mater Dei bi ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn vettura.
Kelliema għall-Pulizija qal lil Newsbook.com.mt li r-rapport daħlilhom għall-ħabta tal-10.40am, xħin l-anzjan kien qed jaqsam minn Vjal it-28 t’April ftit ’il fuq mir-rawndebawt tal-MCAST f’Raħal Ġdid.
Is-sewwieq kien anzjan ta’ 76 sena mis-Siġġiewi, u ma ġralu xejn.
Ritratt: Arkivji