Anzjan jeħlisha ħafif wara li nqaleb bil-karozza

Anzjan ta’ 72 sena weġġa’ ħafif meta nqaleb bil-karozza fi Triq iż-Żurrieq fil-Qrendi.  L-inċident ġara għall-ħabta tat-8.15 ta’ dalgħodu u kellu jittieħed Mater Dei għall-kura.
Il-karozza nqalbet fuq ġenb u ġiet eżatt ma’ arblu tad-dawl.  Membri tal-Protezzjoni Ċivili ħarġu lir-raġel mill-karozza.