Anzjan jaqa’ sular għal fuq il-ġebel; iweġġa’ gravi

Anzjan li kien qed jaħdem f’għalqa f’Ħaż-Żebbuġ waqa’ sular u ġie fuq ġebel bil-konsegwenza li weġġa’ gravi.

Dan ġie kkonfermat fi stqarrija tal-Pulizija li ġie spjegat li l-inċident seħħ fis-7.15am fiż-żona magħrufa bħala Tal-Ħlas. Mill-investigazzjoni tal-Pulizija nstab li r-raġel ta’ 66 sena, residenti Ħaż-Żebbuġ tilef il-bilanċ waqt li kien qed jaħdem ġo għalqa u waqa’.

Fuq il-post issejħet ambulanz kif ukoll il-membri tal-Protezzjoni Ċivili.