Anzjan jaqa’ sular; fil-periklu tal-mewt

Read in English.

Raġel ta’ 73 sena mill-Gudja jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa f’każin f’Ħal Għaxaq.

L-inċident seħħ fit-7.45pm fi Triq G.M. Farrugia meta r-raġel waqa’ għoli ta’ madwar sular minn bokka ta’ service lift fuq barra tal-istess każin.

Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Dwar il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali.