Anzjan jaqa’ f’bir; fil-periklu tal-mewt

Read in English.

Raġel ta’ 77 sena residenti f’Ħaż-Żebbuġ jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ ġo bir għoli madwar sular. Il-bir jinsab fir-residenza tiegħu fi Triq l-Imdina.

Il-Pulizija tad-Distrett marru fuq il-post u magħhom kien hemm membri tal-Protezzjoni Ċivili u ambulanza li ħaditu l-isptar.