Anzjan għandu ġrieħi gravi wara li waqa’ erba’ sulari bit-trakk f’Paradise Bay.
Kelliem għall-Pulizija qal li dan l-inċident ġara fil-12.15pm fil-limiti taċ-Ċirkewwa. It-trakk waqa’ għal ġo għalqa.
L-anzjan għandu 77 sena u hu residenti l-Mellieħa. Huwa ttieħed l-isptar b’ambulanza.