Anzjan iweġġa’ wara li waqa’ minn sellum

Anzjan ta’ 64 sena weġġa’ wara li waqa' ħames skaluni ta’ sellum.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11am, fi Triq il-Fikus, Ħaż-Żabbar.

L-anzjan ittieħed minnufih l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.