Anzjan iweġġa’ gravi fis-Siġġiewi

Anzjan ta’ 79 sena dalgħodu kellu jittieħed mill-ewwel l-isptar wara li nstab mixħut minn tulu mal-art.
Id-dar qiegħda fi Triq San Ġakbu.
Flimkien ma’ ħu l-anzjan, il-pulizija daħlu fir-residenza sabiex jagħtu l-ewwel għajnuna.
Jidher li weġġa' gravi wara li waqa' t-taraġ u qed jinżamm għall-osservazzjoni f’Mater Dei.