Aġġornata: Anzjan iweġġa’ bil-mutur f’Birkirkara

Anzjan ta' 70 sena sofra ġrieħi gravi iżda ma jinsabx fil-periklu tal-mewt wara li waqa' bil-mutur f’inċident li seħħ għall-ħabta tas-1.30pm.
Mill-informazzjoni li għandu Newsbook.com.mt jidher li s-sewwieq tal-mutur skidja fil-by-pass ta’ Birkirkara fid-direzzjoni lejn Mater Dei.
Il-Pulizija avżat lis-sewwieqa li jista' jkun hemm xi dewmien fit-traffiku minħabba li parti minn Triq Dun Karm kienet magħluqa għat-traffiku.
Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-isptar Mater Dei għall-kura.