Anzjan isofri ġrieħi gravi wara li jintlaqat minn karozza

Anzjan ta’ 77 sena minn Wied il-Għajn li kien qed isuq rota intlaqat minn karozza misjuqa minn raġel ta’ 55 sena mill-Qrendi.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3.30 ta’ wara nofsinhar fi Triq il-Karwija f’Ħal Kirkop.
Fuq il-posta issejħet l-assistenza tal-Pulizija kif ukoll ta’ tim mediku li ħadu lill-anzjan l-isptar għall-kura permezz ta’ ambulanza.
Huwa qed isofri minn ġrieħi gravi. 

Ritratt: Media Police