Anzjan isir is-70 vittma f’Malta tal-Covid-19

anzjan

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li anzjan ta’ 75 sena miet waqt li kien pożittiv bil-Covid-19.

Dan kien is-70 vittma f’Malta tal-coronavirus.

L-anzjan iddaħħal l-Isptar Mater Dei fit-3 ta’ Novembru u ġie kkonfermat pożittiv għall-Covid-19 l-għada, 4 ta’ Novembru. Huwa miet ilbieraħ mal-lejl.

Ilbieraħ tħabbru erba’ mwiet bil-coronavirus, kollha anzjani.

Din il-ġimgħa l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ta d-dettalji fil-Parlament fuq kif qegħdin isiru l-funerali ta’ dawk li jmutu bil-coronavirus, u fost l-affarijiet li qal, semma li dawn il-vittmi qegħdin jitpoġġew ġo borża biex jonqos ir-riskju ta’ infezzjoni.