Anzjan is-7 vittma tal-coronavirus f’Malta

REUTERS/Lucy Nicholson

Read in English.

Il-Ministeru għas-Saħħa għadu kemm ħabbar li anzjan ta’ 97 sena miet waqt li kien infettat bil-Covid-19 f’Malta.

L-anzjan kien qiegħed jingħata kura fl-Isptar Karin Grech. Huwa kellu sintomi relatati mal-Covid-19 fis-16 ta’ Mejju u ġie kkonfermat pożittiv fis-17 ta’ Mejju. 

Ir-raġel miet fl-Isptar Karin Grech matul il-lejl.

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjan, appella biex il-poplu jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa biex jiġu protetti l-aktar nies vulnerabbli fis-soċjetà.

Minkejja li din il-vittma tħabbret mill-awtoritajiet tas-saħħa bħala s-seba’ vittma, il-Ministru Chris Fearne qal fil-Parlament li waħda mill-persuni li mietu bil-coronavirus fil-fatt mietet minn problemi fil-musrana. Il-coronavirus kien fattur sekondarju fil-mewt ta’ din il-persuna.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn