Aġġornata (1): Anzjan mill-Qrendi rrappurtat nieqes

Carmel Pace  ta' 63 sena mill-Qrendi, ġie rrappurtat nieqes lill-pulizija, wara li deher l-aħħar jumejn ilu. 

Ir-raġel magħruf bħala Nenu, kien irrappurtat nieqes ilbieraħ għal ħabta tat-7.40 am.

Huwa deher l-aħħar nhar it-Tlieta 13 ta' Awwissu għall-ħabta tas-12.40 pm qabel ma telaq mill-għalqa tiegħu fil-Qrendi.

Huwa kien liebes xorts griż, flokk iswed b'disinn isfar u żarbun iswed.

Huwa twil madwar 5 piedi u 5 pulzieri, ta' statura rqiqa, xagħru griż u għajnejh kannella.

Carmel kellu wkoll leħja folta.

Huwa mifhum li r-raġel jista' jkun li qed jiffrekwenta l-akwati tas-Siġġiewi, Ħaż-Żebbuġ jew iż-Żurrieq.

Kull min għandu xi informazzjoni dwar dan ir-raġel huwa ġentilment mitlub jgħaddiha lill-Pulizija fuq in-numru 119, anke b’mod kunfidenzjali, jew iżur l-eqreb Għassa tal-Pulizija.