Isibuh mejjet fl-art l-Isla

Anzjan ta’ 79 sena miet fuq il-post meta żelaq l-Isla.
Il-Pulizija qalet fi stqarrija li ġiet infurmata dwar l-inċident għall-ħabta tad-9.30am, xħin qalulha li kien hemm raġel mixħut għal tulu fi Triq ix-Xatt.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku biex jagħti l-ewwel għajnuna, iżda r-raġel ġie ċċertifikat mejjet.
Il-Pulizija qed tinvestiga dal-każ.