Anzjan imut wara li ttajjar viċin l-Ajruport

Aġġornat 07:55 AM
CMRU

Read in English.

Anzjan ta’ 67 sena mill-Mellieħa ttajjar u miet fuq il-post fit-triq Bir Miftuħ, viċin id-daħla tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li r-raġel, safa’ milqut minn vettura tat-tip Mercedes Benz.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha.

Il-vettura kienet qiegħda tinstaq minn raġel ta’ 37 sena residenti Ħal Qormi.

Fuq il-post issejħet ambulanza b’tim mediku sabiex jagħtu l-ewwel għajnuna iżda sfortunatament ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr N Galea Sciberras LL.D li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.

Google: Triq il-Karwija, Ħal Luqa