Anzjan imut f’dar tal-anzjani; 2 inkjesti

Anzjan miet f’dar tal-anzjani f’Wied il-Għajn. Il-Gvern qal li nfetħu żewġ inkjesti dwar il-każ.

Fi stqarrija s-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjanità Attiva qal li ġie infurmat bil-każ dalgħodu. L-anzjan kien residenti fid-dar tal-anzjani St Thomas Community Living.

“F’din id-dar tal-anzjani privata, il-Gvern għandu mixtrija 67 sodda għall-anzjani,” qalet l-istqarrija.

Is-Segretarjat qal li qed issir inkjesta maġisterjali u oħra mill-Awtorità għall-Istandards ta’ Ħarsien Soċjali dwar il-każ. Is-Segretarjat qal li l-Awtorità fetħet inkjesta biex “tidħol f’iktar dettall biex tistħarreġ ukoll il-każ.”