Anzjan imut bil-Covid-19

anzjan

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li anzjan ta’ 92 sena miet waqt li kien pożittiv bil-Covid-19.

L-anzjan kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fil-5 ta’ Novembru. Huwa miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.

Dan kien il-75 vittma tal-coronavirus f’Malta.