Read in English.
Il-Ministeru għas-Saħħa għadu kemm ħabbar li anzjan ta’ 80 sena miet waqt li kien pożittiv bil-Covid-19.
L-anzjan kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-4 ta’ Settembru. Huwa ddaħħal l-isptar Mater Dei lbieraħ, 9 ta’ Settembru, u miet l-Isptar Mater Dei aktar kmieni llum. Huwa kellu kundizzjonijiet ta’ saħħa ulterjuri.
Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjan, appella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa.
Din hija l-15-il mewta f’Malta bil-coronavirus. Ilbieraħ, l-ECDC bdiet tirrapporta li Malta kellha 15-il mewt bil-coronavirus, iżda l-awtoritajiet tas-saħħa Maltin qalu li dan kien żball.
Spjegaw, iżda, li l-persuna li mietet wara inċident fiċ-ċentru magħluq ta’ Ħal Far irriżultat pożittiva għall-Covid-19 wara mewtha. Hija spjegat li fl-ebda statistika madwar id-dinja ma jżidu dawn il-każi mal-istatistika tal-persuni li mietu bil-coronavirus peress li l-kawża tal-mewt tkun dik tal-inċident u mhux ikkawżata minħabba kumplikazzjonijiet tal-Covid-19.
Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn.