Anzjan imut bil-coronavirus; l-14-il vittma f’Malta

Photo by: Mater Dei

Read in English.

Raġel ta’ 85 sena miet illum fl-Isptar Mater Dei waqt li kien pożittiv għall-coronavirus. Dan ikkonfermah il-Gvern fi stqarrija li fiha qal li l-anzjan kien qed jinżamm fl-Infectious Diseases Unit (IDU).

Huwa ttestja pożittiv fis-26 ta’ Awwissu u ddaħħal l-isptar fl-1 ta’ Settembru hekk kif il-kundizzjoni tiegħu bdiet taqleb għall-agħar.

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjan, appella biex il-piubbliku jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa.

L-aġġornament tal-Professur Gauci tal-bieraħ
Filmat: Il-Professur Gauci bl-aħħar aġġornamenti dwar il-pandemija