Anzjan imut bil-coronavirus

Mater-Dei-Hospital
Ritratt: Miguela Xuereb

Il-Ministeru tas-Saħħa ħabbar li miet anzjan bil-coronavirus li kellu 85 sena.

Huwa kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fis-27 ta’ Diċembru u miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei. 

L-għadd ta’ vittmi għalhekk tela’ għal 234.

L-aħħar vittma li tħabbret qabel tal-lum kien anzjan ta’ 91 sena li miet fid-9 ta’ Jannar.