Anzjan gravi wara li waqa’ t-taraġ tar-residenza tiegħu

Anzjan qed isofri ġrieħi gravi wara li waqa’ t-taraġ tar-residenza tiegħu fil-Belt Valletta.
Skont il-Pulizija, il-każ seħħ għall-ħabta tal-erbgħa neqsin għoxrin ta’ dalgħodu fi Triq it-Teatru l-Antik.
L-anzjan, li għandu 68 sena, ittieħed l-isptar Mater Dei.
Dwar dan il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.