Anzjan gravi wara li waqa’ f’Għawdex

Anzjan qed isofri minn ġrieħi serji wara li waqa’ fi Triq Borg Geritu fir-Rabat Għawdex.
Il-każ seħħ tard ilbieraħ filgħaxija meta l-Pulizija ntalbu jagħtu l-għajnuna tagħhom lill-anzjan.
Malli waslu fuq il-post, huma sabu lill-anzjan ta’ 80 sena mindud mal-art u li kellu bżonn l-għajnuna medika.
Huwa ttieħed immedjatament l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.
Bil-każ ġiet infurmata il-Maġistrat tal-Għassa Dr. J. Vella Cuschieri LL.D li ħatret diversi esperti sabiex jassistu fl-inkjesta li ġiet appuntata.