Anzjan gravi wara li ttajjar minn karozza f’San Ġiljan

Read in English.

Anzjan qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ttajjar minn karozza kmieni dalgħodu f’San Ġiljan.

L-inċident ġara fis-7.20am f’Telgħet Birkirkara.

Ir-raġel ta’ 79 sena residenti San Ġiljan intlaqat minn karozza misjuqa minn raġel ta’ 56 sena residenti Ħaż-Żebbuġ. Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei b’emerġenza.

Iżjed tard irriżulta li għandu ġrieħi gravi.