Anzjan gravi wara li ttajjar f’Birkirkara

CMRU

Anzjan qiegħed isofri ġrieħi gravi wara li ttajjar minn vettura f’Birkirkara.

L-inċident ġara fit-8.15am fi Triq Salvu Psaila fejn il-vettura, misjuqa minn Karkariż ieħor ta’ 46 sena, baqgħet dieħla ġor-raġel ta’ 79 sena.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-anzjan l-isptar, fejn aktar tard, ġie ċċertifikat li għandu ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.