Anzjan gravi wara li ttajjar fl-Imsida

Read in English.

Anzjan ta’ 81 sena ntlaqat minn vettura fi Triq ix-Xatt ta’ Xbiex fl-Imsida.

L-inċident seħħ fl-10:20am meta l-anzjan mill-Imsida ttajjar minn karozza misjuqa minn raġel ta’ 30 sena mill-Gudja.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei fejn iktar tard, ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.