Anzjan gravi wara li 3 persuni ppruvaw jisirquh

Anzjan ta’ 72 sofra minn ġrieħi gravi wara li tliet persuni aggredewh huma u jippruvaw jisirquh.

Fi stqarrija l-Pulizija spjegat li l-inċident seħħ fil-11pm fi Triq Santa Katarina f’Ħal Qormi. Il-Pulizija sabu li wara li r-raġel minn Ħal Qormi stess spiċċa ndarab, it-tliet persuni ħarbu minn fuq il-post mingħajr ma serqu xejn.

Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Il-Pulizija għaddejja bi tfitxijiet għall-aggressuri.