Anzjan gravi l-isptar wara li ntlaqat minn karozza

Anzjan ta’ 88 sena mill-Imġarr weġġa’ gravi wara li ntlaqat minn karozza fl-Imġarr stess.

L-inċident seħħ ftit qabel nofsinhar fi Triq il-Ganfra. Fi stqarrija, il-Pulizija qalu li l-karozza kienet misjuqa minn mara ta’ 46 sena li toqgħod l-Imġarr.

Ir-raġel ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.