Anzjan gravi: imbottat u misruq

Koppja anzjana sfat vittma ta’ serqa fi triq Nicolo Isouard Tas-Sliema. Raġel aggredixxa lil mara t’ 87 sena u serqilha ġiżirana minn għonqa filwaqt li mbotta raġel ta’ 91 sena bil-konsegwenza li dan ta’ l-aħħar waqa’ mal-art. Il-każ seħħ fil-bieraħ fis-7.30 filgħaxija.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li permezz t’ambulanza, ħa lir-raġel l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.

Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

FILMAT: Triq Nicolo Isouard Sliema