Anzjan fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ minn għoli

Miguela Xuereb

Read in English.

Anzjan jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu wara li waqa’ minn għoli hu u jagħmel xi xogħol ġo blokka t’appartamenti fl-Iklin.

Il-każ ġara f’12pm fi Triq il-Wied.

Ir-raġel kien qed jagħmel xi xogħol f’din il-blokka tal-appartamenti meta waqa’ minn għoli. Issejħet ambulanza fuq il-post li ħadet lir-raġel ta’ 71 sena mill-Mosta l-Isptar Mater Dei.

Fl-isptar irriżulta li hu weġġa’ serjament.

Ġiet infurmata bil-każ il-Maġistrat tal-Għassa Dr Marseanne Farrugia li ħatret inkjesta.