Anzjan fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ fuqu barmil siment

Read in English.

Raġel ta’ 78 sena qed jissielet għal ħajtu wara li waqa’ fuqu barmil mimli siment f’Birkirkara.

Fi stqarrija l-Pulizija spjegat li l-anzjan ittieħed l-Isptar Mater Dei b’emerġenza wara l-inċident li seħħ fir-residenza tiegħu f’Birkirkara. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.15pm fi Triq Ċeżalpina.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li tah l-ewwel għajnuna. Ir-raġel imbagħad ittieħed l-isptar b’ambulanza.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.