Anzjan fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar minn mutur

Credit: Joseph Giordimaina

Read in English.

Anzjan jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar minn mutur misjuq minn raġel ta’ 52 sena mill-Belt.

L-inċident seħħ il-bieraħ filgħaxija għal ħabta tad-8.45pm meta l-anzjan ta’ 72 sena mill-Birgu kien qed jaqsam fit-triq il-Wied, Birkirkara.

Ir-raġel ittieħed l-isptar Mater Dei fl-ambulanza fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura serja.