Anzjan jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu wara li dalgħodu ttajjar minn karozza fir-Rabat.
L-inċident ġara fis-7.30am fi Triq is-Saqqajja.
L-anzjan ta’ 83 sena residenti l-Imdina ttajjar minn karozza misjuqa minn anzjan ta’ 77 sena li joqgħod San Pawl il-Baħar.
Il-vittma ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn aktar tard irriżulta li ġarrab ġrieħi serji.
Infetħet inkjesta fuq il-każ mill-Maġistrat tal-Għassa Dr Rachel Montebello.