Anzjan fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar f’Tas-Sliema

Malta Police Force

Anzjan qed jissielet għal ħajtu wara li kmieni dalgħodu ttajjar f’Tas-Sliema.

Fi sqtarrija l-Pulizija spjegat li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-1am fi Triq Windsor. Mill-istħarriġ fuq il-post instab li raġel ta’ 30 sena residenti l-Mosta u li kien qed isuq karozza għal xi raġuni tilef il-kontroll u laqat raġel ta’ 67 sena mill-Irlanda.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel ta’ 67 sena l-Isptar Mater Dei.