Read in English.
Raġel ta’ 68 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara nlaqat minn vann għal ħabta 1pm.
Skont stqarrija, il-pulizija ġiet infurmata li raġel ta’ 46 sena mis-Siġġiewi, kien qiegħed jirriversja vettura tat-tip Daf ġewwa s-sit industrijali ta’ Bulebel meta għal xi raġuni laqat raġel ta’ 68 sena residenti Ħal Qormi.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lil vittma l-isptar Mater Dei għall-kura. Aktar tard, ir-raġel ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura serja.
Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa li ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti
sabiex jassistu.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.