Anzjan bi ġrieħi serji wara li nqaleb minn fuq siġġu tar-roti

Anzjan ta’ 66 sena qed isofri minn ġrieħi sejri wara li nqaleb minn fuq l-electric wheelchair.
L-inċident seħħ ilbieraħ fi Triq Sant’Andrija f’San Ġiljan.
Malli waslu fuq il-post, il-Pulizija sabu raġel mindud mal-art u kien qed jingħata għajnuna minn persuni li kienu għaddejin mit-triq.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei.
Bil-każ ġiet infurmata il-Maġistrat tal-Għassa li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.
L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.