Anzjan bi ġrieħi gravi wara li waqa’ minn gallarija

Anzjan ta’ 65 sena qed isofri ġrieħi gravi iżda ma jinsabx fil-periklu tal-mewt wara li lbieraħ waqa’ mill-gallarija tar-residenza tiegħu fiż-Żurrieq.
Il-każ seħħ għall-ħabta tad-9.30 ta’ flgħaxija fi Triq il-Qroll.
Wara li waqa’ l-anzjan spiċċa fuq vettura.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei biex jingħata l-kura meħtieġa. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ritratt: CMRU