Anzjan ittajjar minn karozza dalgħodu fir-Rabat, Għawdex.
L-inċident ġara f’xi s-5.45am fi Triq Fortunato Mizzi, ir-Rabat, Għawdex.
Ir-raġel għandu 60 sena u hu residenti r-Rabat stess. Huwa ttajjar minn karozza misjuqa minn raġel ta’ 28 sena li joqgħod Marsaskala.
Ir-raġel ittieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.